Back

Copyright Appoġġ

Servizz ghall-persuni bi problemi ta' vjolenza domestika

X'joffri is-servizz ta' Hidma Socjali ma`persuni bi problemi ta' vjolenza domestika?

It-Taqsima Vjolenza Domestika twaqqfet f'Awissu 1994. Fis-seba snin li ilha topera din it-taqsima, aktar minn elfejn kaz ta' vjolenza gew referuti. Il-maggoranza taghhom huma nisa vittmi ta' abbuz. It-taqsima hija maghmula minn social workers specjalizzati li joffru appogg lin-nies bi problemi ta' vjolenza domestika, tinkoraggihom, tghinhom isibu post ta' kenn u tghinhom jikkuntatjaw servizzi ohra mehtiega.

It-taqsima tal-Vjolenza Domestika temmen li l-imgieba abbuziva hija mija fil-mija r-responsabbilta` ta' min jikkommettiha. Agir abbuziv huwa rejat kontra l-persuna u socjeta`.

X'inhi l-Vjolenza?

Il-Vjolenza Domestika tikkonsisti f'dik:

1. fizika: swat, tbengil, tkissir ta' oggetti,
2. emozzjonali: tghajjir, theddid, izolament, nuqqas ta' flus, jew
3. sesswali bejn tnejn minn nies li jinsabu f'relazzjoni intima.

Il-Vjolenza thalli effetti koroh fuq il-vittma. Fost hafna hija d-'depression', 'flash backs', nuqqas ta' apprezzament personali, 'learned helplessness' jew telf ta' hajja. Minkejja li hafna drabi l-vjolenza ma tkunx diretta lejn it- tfal, dawn xorta wahda ibatu minn effetti koroh.

Il-vjolenza hi mifruxa f'kull strata tas-socjeta`

Il-persuna abbuziva tiehu dak li trid billi tuza poter u kontroll fuq persuna ohra. Il-vjolenza domestika tista` tmiss kull tip ta' klassi ta' familja fis-socjeta, u ma taghmilx distinzjoni bejn eta`, tip ta' xoghol, professjoni jew income.

X'tip ta' ghajnuna tinghata lil persuni bi problemi ta' vjolenza domestika?

L-ghanijiet primarji ta' din it-Taqsima huma li:

Servizz ta' Kenn - L-Ghabex

Fi hdan it-taqsima tal-Vjolenza Domestika jopera servizz ta' kenn t'emergenza - L-Ghabex - ghan-nisa u uliedhom vittmi ta' vjolenza u abbuz fid-dar. Biex persuna tkun tista` tidhol f'dan il-post ta` kenn irid ikun sar assessment mis-social workers f'din l-istess taqsima. Jekk ikunu ghaddew tlett xhur u l-persuni jkunu ghadhom ma sabux post alternattiv fejn joqoghdu, huma jigu referuti ghall-post iehor li jissejjah second stage shelter. Persuni bi problemi ta' xorb jew droga ma jigux accettati.

Kif tista' taghmel uzu minn dan is-servizz?

Persuna li taghraf li tinsab f'relazzjoni abbuziva u li tixtieq l-ghajnuna ghandha ccempel fuq 21249995/6 u taghmel appuntament. Il-kunfidenzjalita' tkun irrispettata f'kull hin u ma jsir l-ebda kuntatt mal-persuna abbuziva.

Nisa u uliedhom li ghandhom bzonn ta' kenn minhabba l-problemi ta' vjolenza ghandhom jikkuntattjaw lil din it-Taqsima sabiex ikunu jistghu jghinuhom isibu kenn ta' emergenza.

Persuni li ghandhom problemi ta' abbuz u vjolenza u li jixtiequ jahdmu fuq l-imgieba taghhom jigu rreferuti ghal servizz li jipprovdi din it-tip ta' ghajnuna.

M'hemmx tolleranza ghall-vjolenza…m'ghandekx tuzaha…m'ghandekx toqghod ghaliha.

Back

Copyright Appoġġ